Mill-Glorious Sal-Vitorja
Dan il-ktieb jirrakkonta d-destin sfortunat li wassal biex l-aircraft carrier HMS Glorious flimkien mal-HMS Ardent u l-HMS Acasta ġew attakkati u mgħerrqa mill-bastimenti Ġermaniżi. Ħafna jaħsbu li kien sabutaġġ. Kienet waħda mill-ikbar traġedji li seħħu fil-Baħar Norveġiż, eżattament jumejn qabel id-dittatur Benito Mussolini ddikjara gwerra kontra l-Ingilterra u l-Alleati tagħha. Dwar l-HMS Glorious ftit li xejn issib dettalji f’Malta. Ħafna lanqas biss jafu b’isem l-HMS Glorious. Kienet traġedja li ħasdet il-ħajja ta’ 1,500 baħri, li 42 minnhom kienu Maltin, fosthom il-bużnannu tiegħi Giuseppe Francica.
Grazzi għar-rakkonti li kienu jirrakkuntawli l-familjari tiegħi, kif ukoll għar-riċerka li ġbart tul iż-żmien, dan il-ktieb hu mimli rakkonti u tifkiriet oriġinali, informazzjoni u dettalji siewja dwar dak li ġara lill-Glorious sakemm intemmu ż-żminijiet ta’ bombi, nar u qerda li ġabet magħha t-Tieni Gwerra Dinjija f’Malta kif ukoll fl-Ewropa, il-jum li jibqa’ mmarkat fl-almanakk ta’ pajjiżna bħala Jum il-Vitorja.
Minn: Ronald Bugeja
Format: paperback
Pagni: 252
Pubblikat: 2017
Kundizzjoni: tajba
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?