Il – Ġurnalist
Rakkont ta’ stejjer li Edgar jgħaddi minnhom fil-ħajja personali tiegħu bħala ġurnalist investigattiv. Ma tonqosx il-ħajja romantika tiegħu kemm mal-ex u anke mal-mara tiegħu. L-inkwiet il-kbir jibda meta tinsteraq Laura, it-tifla tal-ex tiegħu. Edgar kien daħħalha f’moħħu li kienet bintu. Għalhekk kien baqa’ jagħmel ħiltu biex isib min seraqha u x’sar minnha.
Biex jakkwista l-ewwel aħbar kien lest li jirriskja bil-kbir, bosta drabi anke ħajtu. Ma kien jafda lil ħadd. Kien jemmen li l-Pulizija ma tkunx trid issolvi l-każi.
X’jirnexxilu jsolvi aktar mill-Pulizija hu?
Minn: Kris Dimech
Format: paperback
Paġni: 192


Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?