Ġwienaħ Tal – Fidda
Riħ mill-Majjistral. Ħad-Dingli. Żewġ subien. Ajruplan wieħed. Għajbien mhux mistenni.
Dak il-lejl, Tristan u Luca kienu lestew ajruplan li kien is-simbolu tal-ħbiberija tagħhom u ħolm infinit – Ġwienaħ tal-Fidda.
Meta l-ajruplan jisparixxi fl-arja fil-bidu tal-istorja, xejn ma jidher li jista’ jmur agħar. Iżda dak hu biss il-bidu.
Bejn sigrieti midfuna u wegħdiet miksura, Tristan u Luca jsiru l-aqwa żewġ piloti fil-Forzi Armati ta’ Malta. U dak li darba kien il-ħolm tagħhom jibda jinbidel f’dell li jibqa’ jsegwihom għal snin twal u ma jħallihomx jaħarbu minnu.
Snin wara, Luca jispiċċa l-ħabs, akkużat b’falsifikazzjoni li ma wettaqx. Jitlef kollox. Il-libertà, id-dinjità, ir-reputazzjoni tiegħu, u lil Maya, l-imħabba ta’ ħajtu.
F’dinja fejn il-poter jinxtara bis-silenzju u l-verità titħassar bil-biża’, Luca jinduna li xi ħadd kien qed jistenna l-waqgħa tiegħu. Il-passat jerġa’ jitfaċċa, il-verità ssir perikoluża, u kull skoperta ġġib magħha riskju akbar milli wieħed jista’ jimmaġina.
Ġwienaħ tal-Fidda huwa rumanz thriller dwar passjoni, ħbiberija miksura, għira fatali u mħabba li tirrifjuta li tmut. Storja intensa bi tmiem emozzjonali, li żżomm lill-qarrej maħkum minnha u tibqa’ parti minnu għal ħajtu kollha.
Minn: Sharon Calleja
Format: paperback
Paġni: 384


Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?