Description
Fejjaqtni Int: Rużar Briffa – U Jien
Paul P. Borg jinseġ ġrajja dwar ir-relazzjoni kmieni f’ħajtu mal-Poeta liriku Rużar Briffa, li kien idewwih meta kien għadu tifel. Jirrakkonta l-ġrajja tal-vjaġġ li mexa mat-Tabib u jiskopri l-esperjenzi koroh li ġarrab il-Poeta fi tfulitu.
F’dil-mixja l-awtur qiegħed jixħet dawl ġdid fuq Rużar Briffa bħala riċerkatur tal-Istorja tal-Mediċina f’Malta u fuq iż-żmien li qatta’ l-Poeta jispeċjalizza bħala Dermatologu fl-Ingilterra u qalb il-lebbrużi fl-Indja.
Aktar importanti hu mbagħad tagħrif ġdid dwar il-qrubija ta’ Rużar bħala poeta żagħżugħ mal-Poeta Nazzjonali u fuq it-testment li Dun Karm ħalla f’idejn Rużar Briffa liż-żgħażagħ Maltin. Fuq kollox l-awtur ifittex it-tweġibiet misturin fil-ħajja tat-Tabib-Poeta:
Is-solitudni, jew il-kotra?
Il-kruha, jew il-ġmiel?
Il-niket, jew il-ferħ?
Il-mard, jew is-saħħa?
Is-suwiċidju, jew il-kenn tal-ġuf?
Il-mewt, jew il-ħajja?
Minn: Paul P Borg
Format: Hardback
Pagni: 474
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?