Bilkemm Jitwemmnu
Stejjer veri ta’ nies minn kull rokna ta’ Malta u Għawdex
L-Ewwel Volum
Temmen li hawn Malti li f’ħajtu għamel tliet miljun tazza te?
Temmen li hawn familja Maltija li addottat kelb agħma u qattusa werċa?
U temmen li hawn mara Maltija li s’issa għexet 111-il sena?
Temmen li hawn tifel Malti li ta’ erbatax-il sena spiċċa l-gradi kollha tal-pjanu u kapaċi jdoqq erba’ strumenti?
Temmen li hawn Malti li llega Bibbja daqs kaxxa tas-sulfarini?
Temmen li hawn mara Maltija li ssajjar il-bram u l-kukkudrilli?
Bilkemm jitwemmnu hux? Però emminhom għax kollha veri.
F’dan il-ktieb, George Cremona jpoġġi bilqiegħda ma’ 51 persunaġġ minn Malta u Għawdex biex jisma’ r-rakkonti tagħhom. Rakkonti xi drabi ta’ ħajja ta’ kuljum, xi drabi ta’ ħajjiet inkredibbli jew aneddoti tad-daħq, imma dejjem misluta minn ħajjithom. U jiskopri — u aħna miegħu — li f’kull waħda minn dawn il-ħajjiet, hemm xi ġrajja li bilkemm titwemmen!
Minn programmi li xxandru fuq Calypso Radio 101.8FM
Minn: George Cremona
Format: paperback
Pa[ni: 232
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?