Siġar Maltin Tan – Nixxigħat
Dan il-ktieb ikompli jibni fuq it-tagħrif li nsibu fuq l-ewwel ktieb dwar is-siġar Maltin. Bħall-ewwel ktieb jidħol fil-fond fuq speċi indiġeni Maltin, din id-darba dawk li għadhom jikbru matul in-nixxigħat li llum insibu, jew li lbieraħ kienu jinstabu, fil-Gżejjer Maltin. Anki dan il-ktieb jiġbor fih tagħrif fuq il-ħajja tas-siġar u l-ambjent naturali tagħhom: kif dawn jistgħu jitnisslu u saħansitra kif jistgħu jintużaw fit-tisbiħ tal-art. Juri ritratt bil-kulur ta’ kull speċi msemmija, kif ukoll-partijiet tas-siġar bħaz-zokk, il-werqa, il-fjura u ż-żerriegħa.
Minn: Alfred E Baldacchino
Format: paperback
Paġni: 270
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?