Tfuliti F’Birkirkara Fi Zmien Il-Qwerra.
It-Tieni Gwerra Dinjija spiċċat sebgħin sena ilu. Il-ġenituri u n-nanniet tagħna għexu l-gwerra u batew il-ġuħ, l-għaks u l-mard. Għaddew jiem u ljieli bla għadd fix-xelters, jistkennu mill-eluf ta’ attakki mill-ajru tal-għadu u jaħarbu mill-bombi jisplodu u jġarrfu d-djar u l-knejjes f’kull belt u raħal taż-żewġ gżejjer.
Fil-gwerra, l-awtur kien għadu tfal. Sebgħin sena wara, l-esperjenzi li għadda minnhom jagħtihom il-ħajja u, b’sempliċità u nostalġija, jirrakkontahom daqslikieku qegħdin jiġru llum. Ħafna mill-ġrajjiet li jirrakkonta għandhom laqta ċajtiera li tnissillek tbissima filwaqt li niltaqgħu ma’ diversi persuni ħelwin u simpatiċi li jagħtu l-ħajja lir-rakkont.
‘Malta tagħna u tal-Ingliżi.
Ħarja f’wiċċ il-Ġermaniżi.’
Ma jgħaddix jum wieħed u ma tgħaddix minn pjazza, triq u sqaq li ma tismagħhiex tintqal b’ċerta ħrara! Saret qisha espressjoni ta’ faraġ.
Minn: Alfred Cachia
Format: paperback
Pagni: 290
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?