Matti Falzun Tal – Imdina
Matti, iben il-ħakem Mattew Falzun, ‘is-Saħħar’, u ħabib kbir ta’ Giulio l-Kavallier u t-Tabib Tumas Bonello, flimkien ma’ missieru l-ħakem, jiġi fil-mira tal-għedewwa tal-familja.
Missier u iben, mixlija b’ereżija quddiem il-pro-Inkwiżitur l-Isqof Cubelles, jibqgħu jgħixu fil-biża’ tal-id twila tal-Inkwiżizzjoni, fil-biża’ ta’ tradiment mill-għedewwa tagħhom, id-de Nava Laureri u l-Kavallier Romegas. X’sar minnhom ix-xbejbiet Natalia u Enza?
Meta Cosimo de Medici, id-Duka ta’ Firenze, jibgħat jitlob l-għajnuna lil Matti, iseħħu avvenimenti straordinarji. X’inkwiet daħlet fih il-prinċipessa Isabella, inkwiet li bl-għajnuna ta’ Matti jibqa’ mistur mill-qilla ta’ żewġha Paolo Orsini?
Paolo jfittex vendetta bl-għajnuna tal-midjun Bartolomeo Montefiori u ta’ Dario de Nava Laureri. Iżda Dario, maħrub mill-ġustizzja, merċenarju u l-id il-leminija tal-vendikattiv u mħarbat Paolo Orsini, isegwi pjan sigriet li ħema huwa.
Minn: Monica Gatt
Format: paperback
Paġni: 320
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?