Malti – Intermedju
Noti dettaljati u karti mudell ghall-ezami.
Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex jgħinek, jiggwidak u jippreparak għall-eżami tal-Malti fil-livell intermedju għall-eżami ta’ Mejju 2021 ’il quddiem. Dan il-ktieb hu miktub minn żewġ għalliema tal-Malti, li għallmu l-livelli kollha tal-MATSEC, għalhekk l-informazzjoni li fih hi ppreżentata b’mod ċar u konċiż.
Fih jinkludi:
- deskrizzjoni dettaljata tal-eżami tal-Malti intermedju;
- pariri kif tipprepara għall-eżami;
- pjan ta’ studju għall-eżami;
- pjan kif tqassam il-ħin għall-eżami;
- pariri kif twieġeb f’taħriġ il-fehem;
- mudelli tat-tweġibiet għal mistoqsijiet partikolari f’taħriġ il-fehem;
- noti fuq il-lingwistika;
- noti u kummenti analitiċi fuq il-ktieb tal-poeżija Xi Drabi Mqar Persuna ta’ Simone Galea
- noti u kummenti analitiċi fuq ir-rumanz Ħelsien ta’ Ġużè Bonnici;
- pariri kif tagħmel komponiment letterarju tajjeb;
- komponimenti letterarji mudell;
- komponimenti tal-lingwistika mudell;
- 5 karti mudell tal-oral tal-eżami;
- 5 karti mudell tal-karta tal-eżami bil-miktub;
- kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.
Minn: Adrian Muscat & Charles Daniel Saliba
Format: paperback
Pagni: 124
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?