Lady M, Attentat, Waqtiet
trilogijua ta’ thrillers polizjeski li jzommok fuq ix-xwiek.
Minn: Salvu Sammut
Format: paperback (tlett kotba)
Lady M
Mara kapriċċuża, ambizzjuża u bla mogħdrija u li tasal għalkollox tuża għall-għanijiet tagħha wkoll lil dawk li juruha rispett u stima. Fuq naħa oħra, Spettur tal-pulizija fl-ewwel imħabba safja ta’ ħajtu jinqabad f’xibka ta’ reati kriminali bla ħniena li jumiljawh.
Lady “M” fih bosta intriċċi:
· kriminalità u esplojtazzjoni
· romantiċiżmu f’imħabba ġenwina
· tradiment ta’ fiduċja
· sfruttar u qtil ta’ tfajliet bla ħtija
· sens ta’ dover li jogħla fuq kollox
· diżappunt u qawmien mill-ġdid
Lady M juri li mhux kulma jaħseb u jemmen il-bniedem hu reali u ġenwin.
Attentat
Nies barranin megħjunin minn Maltin bla ġieħ ifasslu pjan sovversiv biex tiġi mminata u eliminata l-istabbilità politika ta’ Malta ħalli b’hekk, l-interessi dittatorjali ta’ pajjiż barrani jiġu moqdija. Imma Spettur tal-pulizija b’sens ta’ dmir u lealtà lejn pajjiżu jidħol b’ruħu u b’ġismu biex ixejjen dan l-attentat ta’ kolp ta’ stat.
F’din il-ġrajja, il-qarrej se jiltaqa’ ma’:
· korruzzjoni f’Organizzazzjonijiet pubbliċi
· imħabba illeċita u ta’ konvenjenza
· manipolazzjoni ta’ karattri innoċenti
· eliminazzjoni bla ħniena biex tinżamm l-omertà
· dover u lealtà ta’ integrità individwali
· qerq u seduzzjoni
Attentat juri kif l-istabbilità politika tista’ tiġi mhedda jew eliminata b’att kodard.
Waqtiet
Ambjent kwiet ta’ familja normali jitħarbat minn sitwazzjoni mhux prevista. Il-marda tal-Alhzeimer tgħaqqad u mhux tifred id-dedikazzjoni u l-imħabba ta’ koppja. Aċċident fatali u dubjuż flimkien ma’ ċirkustanzi mhux mistennija jħarbtu t-trankwillità ta’ dik il-familja. Spettur tal-pulizija jidħol jinvestiga avvenimenti strambi u kontradittorji u emozzjonali. Waqtiet … fl-imħabba li ma titkellimx fih elementi ta’:
· nostalġija emozzjonali
· rispett, fedeltà u lealtà
· romantiċiżmu sempliċi u ħelu
· mewta traġika u misterjuża
· imħabba omosesswali
· preġudizzju
· mogħdrija mingħajr kundanna
Waqtiet … fl-imħabba li ma titkellimx hija ġrajja fittizja imma li tista’ sseħħ.
Lil dawk il-qarrejja li se jaqraw dawn it-tliet rumanzi ta’ Salv Sammut,
nissuġġerulhom li jaqrawhom f’din l-ordni: Lady M, Attentat u Waqtiet.
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?