L – Analetti Ta Konfuċju
Konfuċju (551-479 QK) huwa l-akbar ħassieb Ċiniż u wieħed mill-akbar ħassieba ta’ kull żmien. Il-filosofija tiegħu influwenzat il-ħajja ta’ ħafna nies matul is-sekli bl-istess mod kif għamlu Buddha u Ġesù.
Konfuċju twieled fi żmien meta t-territorju taċ-Ċina tal-lum kien għadu maqsum f’diversi stati li kienu ta’ spiss jiġġieldu kontra xulxin. Huwa jidher l-ewwel bħala politikant li ppropona soluzzjonijiet oriġinali biex jitreġġgħu lura l-ordni u l-armonija fis-soċjetà ta’ żmienu.
It-tagħlim ta’ Konfuċju dwar il-moralità u l-virtù perfetta sar il-bażi li fuqha nħolqot it-tradizzjoni Ċiniża u ta’ bosta pajjiżi oħra fil-Lvant Imbiegħed. Bħal dak ta’ ħafna ħassieba oħra tal-qedem, it-tagħlim ta’ Konfuċju nġabar u nkiteb mid-dixxipli tiegħu wara li miet f’forma ta’ djalogi jew aforiżmi. L-Imgħallem jiggwida lill-bniedem fi triq lejn it-titjib u l-irfinar personali u lejn il-virtujiet u l-valuri meħtieġa biex dan ikun jista’ jgħix f’komunità armonjuża. It-tagħlim ta’ Konfuċju jista’ jittieħed bħala kliem ta’ għerf għal kulħadd, inklużi l-mexxejja tal-pajjiżi f’kull żmien.
L-Analetti huma maqsuma f’għoxrin ktieb u fihom it-tagħlim fundamentali tal-ħsieb Konfuċjan, fosthom il-benevolenza, il-pjetà filjali, l-importanza dwar it-twettiq tar-ritwali, is-sewwa, ir-rettitudni, il-lealtà u l-kuraġġ.
Minn: Sergio Portelli
Traduzzjoni miċ-Ċiniż għall-Malti u noti, Salvatore Giuffrè
Format: paperback
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?