Ispettur Bonnici
Drammi.
Dan il-ktieb jiġbor fih it-triloġija kollha tal-Ispettur Bonnici (Fl-isem tal-missier, u tal-iben, u tal-Ispettur Bonnici; L-għerf u l-glorja tal-Ispettur Bonnici; u Ave MariJa għall-Ispettur Bonnici) u qed tkun ippubblikata flimkien mal-Istaġun Teatru Malti u bl-għajnuna tal-Kunsill Nazionali tal-Ktieb – Fond tal-Ktieb 2018-2019.
Paul Xuereb, fl-introduzzjoni tiegħu jiġbor l-essenza ta’ din il-kitba: “Wieħed mill-aktar persunaġġi dominanti fit-teatru ta’ żmienna, fid-dramm televiżiv forsi aktar minn dak tal-palk, huwa l-pulizija mpitter mhux biss bħala ditektiv, iżda bħala persuna li titħabat mar-relazzjonijiet spiss diffiċli tagħha personali. Għal Mario Philip Azzopardi, l-Ispettur Malti Salvu Bonnici huwa figura semi-traġika maħkuma mill-kunflitti bejn il-ħajja tal-familja u l-qadi ta’ dmirijietu bħala pulizija, u terġa’ aktar kumplikata bil-kunflitt bejn il-proċeduri li suppost jimxi bihom fir-relazzjonijiet mal-persuni li jkun qed jinvestiga u t-twemmin tiegħu li hemm drabi meta l-pulizija jeħtieġ li jinqeda b’metodi xejn ortodossi biex iwassal għal soluzzjoni li ġġib ġustizzja vera. Meta kiteb dawn it-tliet drammi Azzopardi kellu f’moħħu l-attur li intenzjonah jaħdem din il-parti, Mario Micallef, attur magħruf għall-istil tiegħu ta’ reċtar naturalistiku u l-ħila li jikkomunika mal-udjenzi.
Minn: Mario Philip Azzopardi
Format: paperback
Pagni: 268
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?