Wara l-ewwel kummiedja mis-sensiela ta’ Dun Benit, rajna lil dan il-povru Kappillan iħabbat wiċċu ma’ inkwiet li ma jaqta’ qatt… u issa waslet it-tieni waħda.
Jekk fl-ewwel kummiedja Dun Benit jiltaqa’ ma’ hafna saram, din id-darba kollox ġej għal wiċċu, doppju… tant li anke hu stess jibda jaħseb li qed jara doppju.
Dun Benit kellu jitlaq għal ftit żmien mir-raħal biex imur iżur lil Dun Mikielanġ, kappillan ħabib tiegħu, li skont Dun Benit xi ħadd ried jibgħatu d-dinja l-oħra billi għamillu bomba… u hemm suspetti li l-moħħ wara din il-bomba ma kien ħadd għajr is-Sur Pippo, l-għarus ta’ Gizella, li tiġi oħt il-Kappillan.
Imma dan mhux kollox… fir-raħal ġej il-Monsinjur Ġużeppi Pepprini biex jinvestiga mill-qrib x’inhu jiġri fil-parroċċa ta’ Dun Benit. Dan ġej in cognito [pajżan] biex ħadd ma jkun jaf min hu… u hawn ikompli jżid l-inkwiet…
Imma dan mhux kollox… Ġiżi għandha aħbar għal Dun Benit, imma għadha mhix ċerta… tgħidli qalbi li se tfaqqa’ xi bomba oħra… Hekk jonqos issa, in-neputija tal-Kappillan tkun tqila!
U Serafina, x’ġiet tagħmel fid-dar ta’ Dun Benit?
Kummiedja oħra mis-sensiela tal-Kappillan li żgur tinżillek għasel.

- Producer: Hermann Bonaci Productions
- Starring: Hermann Bonaci, Frida Cauchi, Marilyn Custo, Joe Gatt, John Suda, Simon Curmi, Ray Abdilla, Christine Bonaci & Doreen Cini.
- Genre: Comedy
- No. of episodes: 1
- No. of Discs: 1 DVDs
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?