Fjura Fil – Kantina
Julienne, tfajla Franċiża tgħix fil-faqar. Sa minn età żgħira kellha toħroġ taħdem sabiex tgħin lil ommha. Ommha, persuna dgħajfa, dieħla u ħierġa l-isptar. Għandha sigriet li s’issa dejjem żammitu mistur. Bintha Julienne, determinata li tagħmel minn kollox sabiex issalva l-ħajja ta’ ommha.
Céline, prostituta li ilha ħafna żmien f’dan ix‑xogħol. Toħlom li xi darba tbiddel ħajjitha imma tinsab dubjuża jekk għad xi ħadd xi darba jagħtiha opportunità. Tgħid għad issib il-kuntentizza u forsi, min jaf, l-imħabba?
Nick, avukat Ingliż, kemxejn fuq ruħu imma b’kuxjenza safja. Xogħlu jagħmlu bir-reqqa u saħansitra ġieli jagħmel iktar milli jmissu għall‑klijenti tiegħu.
Claude, ġuvni Franċiż li ġie joqgħod Pariġi għal opportunità ta’ xogħol aħjar. F’Pariġi, jgħaddi minn esperjenza li taqliblu ħajtu ta’ taħt fuq.
Drama, romantiċiżmu u tensjoni… x’hemm imħejji fix-xefaq għal dawn l-erba’ żgħażagħ?
Minn: Alexia Xuereb Diacona
Format: paperback
Paġni: 256
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?