Dawl Ġdid Fuq Vassalli
Wara l-Konferenza Vassalli 2002 l-Għaqda tal-Malti (Università) ħeġġet lil għadd ta’ studjużi li kienu sabu materjal ġdid fuq Vassalli biex jaħdmuh u jippubblikawh. Fl-istess waqt, ħajret studjużi oħra biex jaqbdu riċerka ġdida dwaru fil-linja ta’ l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom.
Kien xieraq li din il-ħeġġa ġdida fl-istudji dwar Missier l-Ilsien Malti ma tisfax fix-xejn bħad-duħħan, imma tħalli frott li jidher u li jibqa’.
Kien dan li webbel lill-Għaqda bit-twaqqif ta’ sensiela ta’ pubblikazzjonijiet bl-isem ta’ Sensiela Vassalli, li qiegħda toħroġha bl-għajnuna ġeneruża ta’ l-Istitut tal-Lingwistika.
Dawl ġdid fuq Vassalli huwa l-ewwel ktieb ta’ din is-sensiela.
Minn: Olvin Vella
Format: Papeerback
No of pages: 176
Kundizzjoni: tajba
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?