Id – Due Balli – Niesu u L-Madwar
Wara l-pubblikazzjoni ‘L-Arċipierku, Niesu u l-Madwar, dan huwa t-tieni minn sensiela ta’ tlett kotba li jittrattaw in-naħat t’isfel tal-Belt Valletta.
Il-ktieb jinkludi ritratt, stampi u dokumentazzjoni li qatt ma dehru qabel; dan grazzi għall-aċċess li kelli f’arkivji ta’ ħbieb u persuni oħra, b’dettalji storiċi u awtentiċi. Għan-nies tad-Due Balli u għall ħafna ohra li ma baqgħux jgħixu f’din in-naħa tal-Belt tagħna, hemm rakkonti li għandom iħallu impatt fuqhom u jġibulhom nostalġija.
Barra li għandu jkun ta’ interess partikulari għall-Beltin, dan il-ktieb għandu jinteressa wkoll lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom dak kollu li huwa Malti, għaliex jinkludi tagħrif dwar il-folklor li, wara kollox, issawwar mid-drawwiet u użanzi li ħafna minnhom, sfortunatament, qegħdin jgħibu minn pajjizna.
Minn: Alfred Debattista
Format: Paperback
Pagni: 142
Pubblikat: 2015
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?