Ġrajjiet Minsija (L – Inkjesti Tal – Gwerra 1940-1943)
F’dan il-ktieb se ssib aktar minn 200 ġrajja meħudin mill-Inkjesti tal-Maġistrati, dokumenti li jinsabu fl-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta. Dawn l-istejjer jinkludu inċidenti tat-traffiku, sejbien ta’ katavri, imwiet fuq il-post tax-xogħol, vendikazzjonijiet, serq, nirien u mitt ħaġa oħra. Dawn il-ġrajjiet inġabru bħala tifkira li l-Maltin u l-Għawdxin, minbarra l-perikli ġodda li ġabet magħha l-gwerra, xorta baqgħu jħabbtu wiċċhom mal-imrar li taf tibgħat il-ħajja ta’ kuljum.
Minn: Jeffrey Sammut
Format: paperback
Paġni: 312


Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?