Frak Mill – Istorja
80 episodju mill-istorja ta’ Malta kif għexuha n-nies li għexu fil-gżejjer Maltin fuq medda ta’ 8,500 sena. Dan il-ktieb jirrakonta l-istorja kif għexuha n-nies tal-gżejjer tagħna.
Ikla soppa tal-ħaxix li solviet kriżi politika fis-snin tmenin; eremita li ħarab lejn Kemmuna wara li l-Papa ordna li jinħaraq ħaj; il-Monsinjur li ried il-Malti jinkiteb bl-Għarbi; il-ħmar li rikeb fuqu Kristu f’Ġerusalemm li waqaf f’Malta fi triqtu lejn Verona; massakkru mill-Maltin mill-Kavallieri waqt il-Karnival fi żmien Pinto; Malta u it-testijiet nukleari li għamlu l-Franċiżi fid-deżert tal-Alġerija fis-snin sittin u ħafna u ħafna rakkonti oħrajn. L-Awtur janalizza kemm minn dawn il-ġrajjiet huma ibbażati fuq leġġendi u kemm minnhom fuq fatti.
Evarist Bartolo jispira ruħu minn riċerka li saret minn storiċi, l-aktar wara l-Indipendenza, li titfa’ dawl fuq id-diversità ta’ kulturi u reliġjonijiet li ġabu magħhom nies mill-Afrika ta’ Fuq u minn Sqallija fuq il-ftit eluf li kienu jgħixu f’Malta u f’Għawdex. Jesplora l-ġrajjiet li wasslu biex pajjiżi b’saħħithom li ikkompetew għad-dominju tal-Baħar Mediterran ħakmu l-gżejjer Maltin u kif dawn laqtu n-nies li kienu jgħixu hawn.
Bartolo jikkwota lill-istoriku Terry Pratchet li jgħid li “huwa importanti li nkunu nafu minn fejn ġejna, għax jekk ma tafx minn fejn ġejt, imbagħad ma tkunx taf fejn tinsab, u jekk ma tafx fejn tinsab, imbagħad ma tkunx taf fejn inti sejjer.”
Minn: Evarist Bartolo
Format: paperback
Pagni: 176


Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?