Joseph Mallia: Edukatur – Illustratur – Pittur
Joseph Mallia ħadem eluf ta’ illustrazzjonijiet, kemm biex jiġu ppubblikati f’kotba u anki biex jidhru waqt programmi edukattivi fuq it-TV. Kien pijunier f’diversi oqsma u għaraf jaħdem bil-midja kollha li kien hemm għad-disponibbiltà tiegħu f’dak iż-żmien.
L-għadd kbir ta’ pitturi li wettaq jixhdu li kien osservatur kbir b’namra qawwija mat-temi nostalġiċi Maltin. Filwaqt li wħud jiftakruh bħala l-illustratur ta’ Id-Denfil u Ġrajjet Malta, hu kien ukoll l-awtur ta’ karikaturi li baqgħu mfakkra fl-istorja politika Maltija.
Minn: Fiona Vella
Format: Hardback
Pagni: 160
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?