Liġi Ċivili Servitujiet
L-iskop tal-awtur huwa li joffri lill-qarrejja spjegazzjoni konċiża tal-prinċipji relevanti tas-servitujiet.
Mill-esperjenza vasta professjonali tiegħu jaf x’inhuma l-mistoqsijiet l-aktar importanti, u jaf ukoll jirrispondihom
b’mod preċiż u mingħajr kliem żejjed – Ivan Mifsud, Dekan, Fakultà tal-Liġi, Università ta’ Malta
Hu importanti li wieħed ikun jaf sew ir-regoli tas-servitujiet għaliex iċ-ċokon ta’ pajjiżna jirrendi prezzjuża
l-proprjetà. Tradizzjonalment dawn ir-regoli kienu ta’ importanza kbira f ’ambjenti rurali iżda llum bil-mod kif
qed isir il-bini saru ta’ importanza kbira wkoll f ’ambjenti urbanistiċi, speċjalment bil-bini ta’ ħafna appartamenti
minflok djar. Barra mil-liġi stess huma importanti wkoll id-diversi sentenzi li taw u għadhom jagħtu l-Qrati
tagħna. Dan l-istudju hu ta’ siwi kbir. – Joseph Azzopardi, Prim Imħallef Emeritu
Minn: Robert Musumeci
Format: paperback
Paġni: 132
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?