Giga Hamsin Sena Wara 1960-2010 – The Crime Of The Century
“…aħjar persuna kriminali tiġri barra milli persuna innoċenti tnaqsilha ġurnata mill-liberta tagħha”
Ktieb uniku fuq każ li kien u għadu jwaħħax ‘il Malta w Għawdex kollha. Dan il-ktieb miktub b’reqqa u sengħa mirquma huwa bbażat fuq tiftix profond, twil u mixtarr tajjeb minn uffiċjal għoli w rrispettat tal-korp tal-pulizija Maltija. Hemm bnadi fejn il-ktieb idawwal naħat tal-każ x’aktarx imdallma w mbgħad hemm bnadi li fihom – kif għandu jkun – isaqsi mistoqsiiet pertinenti ġodda w li ħadd ma jista’ jwieġeb. Laqatni l mod professjonali li bih l-Assistent Kummissarju Raymond Zammit idur bl-ikbar reqqa l-kantunieri kollha, kemm tal-qtil waħħaxi u kif ukoll tas-sistema polizjeska w ġudizzjarja. Dan ix-xogħol jikxef ukoll biċ-ċar talent qawwi tas-sengħa tal-kitba li mgħaqqda mas serjeta magħrufa f’xogħolu ta’ pulizija anzjan tagħtina kitba li ġegħlitni naqraha bla nifs f’jumejn. Għalija dan il-ktieb huwa stilla fl-istudju tal-kriminoloġija Maltija.
Profs George G. Buttigieg
Minn: Raymond G Zammit
Format: paperback
Pagni: 392
Pubblikat: 2011
Kundizzjoni: gdid.
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?