Dfin F’Malta
“’Il-mewt kienet l-ewwel misteru. Qiegħdet lill-bniedem fuq it-triq tal-misteri. Elevat il-ħsieb tiegħu mill-viżibbli għall-inviżibbli, mit-transitorju għall-etern, mill-uman għad-divin’”. Sa mill-ewwel żminijiet, il-mewt kienet iċ-ċentru ta’ tradizzjonijiet diversi, u kull pajjiż għandu kultura għalih mhux biss ta’ kif iħares lejha u dak li hemm warajha imma wkoll ta’ kif jiddisponi mill-ġisem mejjet tal-individwu”.
Bil-preżenza umana fil-Gżejjer Maltin tmur lura sa mill-ibgħad sekli, minn ċiviltà f’oħra, minn ġens għal ieħor, minn denominazzjoni għal oħra, it-terminu tad-dfin żviluppa skont l-użanzi, it-twemmin u l-ħsibijiet ta’ missirijietna. Dan il-ktieb, imqassam f’ordni alfabetika skont l-ismijiet tal-ibliet u l-irħula tal-pajjiż, ser joħodna mixja li matulha niffurmaw katina mill-oriġini sal-prattiċi preżenti tad-dfin f’Malta, miżgħuda rakkonti u ġrajjiet ftit li xejn magħrufa tant li ħafna minnhom qegħdin jaraw id-dawl għall-ewwel darba. Dan is-suġġett, ftit li xejn, aktarx, ġie studjat kif jixraq, forsi għax minkejja li l-mewt tifforma parti mill-istess ħajja, kulħadd b’xi mod, anki jekk jaf li għalxejn, jipprova jaħrabha.
Madankollu, imqar il-mewt u d-dispożizzjoni tal-iġsma jiffurmaw parti mill-wirt storiku ta’ dan il-pajjiż, ċkejken fid-daqs imma għani bil-kbir fl-oqsma storiċi u kulturali tiegħu. U huwa appuntu għalhekk li sar dan l-istudju, b’tentattiv li dak li waslilna, mhux biss ma jintilifx, imma jiġi wkoll apprezzat.
Minn: Eman Bonnici
Format: Paperback
Pagni: 858
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?