Ix – Xitwa Ta’ Wara S – Sjuf
Eki mis-snin sittin u lihinn minnhom
Erba’ ħbieb marbutin bi ħbiberija antika jiltaqgħu mal-awtur u kliemhom jaqa’ fuq il-praspar ta’ tfultihom u fuq l-ewwel tqanqil sesswali ta’ zgħozithom fis-snin avventuruzi tas-Sittinijiet – anki jekk f’dik l-era Malta kienet għaddejja minn ferment politiku qawwi fl-istorja tagħha.
Issa għaddeww aktar minn erbgħin sena, u ħafna mill-ħolm tagħhom ilu li tar mar-riħ. Ħajjithom illum turi l-effetti ta’ snin ta’ taħbit u kompromessi – rizltat ta’ socjeta’ mqallba li nibtet fit-tieni nofs tas-seklu 20 u li dawret l-ordni l-qadima ta’ taħt fuq.
Ir-rakkont għandu struttura episodika u jserrep il-ħin kollu minn perjodu għall-ieħor: mis-sjuf ħerqana ta’ żgħożithom sax-xitwa perpetwa ta’ xjuħithom.
L-esperjenzi individwali u kollettivi tagħhom huma rrakkuntati b’perċezzjoni u jiżegħdu bil-ferħ, diq, bawxati, rabja, patos, umoriżmu u disprament. Dawn il-burdati umani jseħħu id f’id ma’ riflessjonijiet dwar id-dikotomija mara-ragel, dwar ir-rabta bejn is-sess u l-imħabba, u l-arti u l-ħajja, flimkien ma’ osservazzjonijiet ta’ natura soċjo-politika fil-kuntest ta’ pajjiżna.
Minn: Victor Fenech
Format: paperback
Pagni: 123
Pubblikat: 2010
Kundizzjoni: tajba
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?