Il – Kuxjenza Nazzjonali Maltija: Lejn Definizzjoni Storika-Kulturali
Noti u Studji Dwar il-Malti u l-Letteratura, Storja ta’ Malta
Dan il-ktieb joffri interpretazzjoni tal-mixja storika u kulturali tal-poplu Malti lejn l-għarfien sħiħ tan-nazzjonalità individwali tiegħu. Huwa verżjoni ħafifa tal-konklużjonijiet li l-Professur Oliver Friggieri wasal għalihom f’xogħlijiet oħra, riżultat tas-snin twal li għadda jistħarreġ l-istorja tas-sens nazzjonali fil-moviment lingwistiku, letterarju u politiku ta’ Malta minn żmien Vassalli sad-disgħinijiet. Il-kitkiet differenti f’dan il-ktieb isawru kwadru interessanti dwar poplu, personaġġi u ideali, ilkoll elementi li jiddifinixxu n-nazzjonalità Maltija f’dak kollu li jagħżilha minn dik ta’ artijiet oħra waqt li jdaħħalha fil-kultura tal-kontinent. Ilsien, espressjoni letterarja u ħidma politika huma t-tliet aspetti li l-awtur jgħaqqad flimkien biex isib fihom il-mezzi li bihom il-poplu Malti wasal biex jagħraf lilu nnifsu.
Minn: Oliver Friggieri
Format: paperback, Edizzjoni 2014
Pagni: 128
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?