Pawlu Cremona – Ħejju T – Triq Għall – Mulej
“Kif ħriġt fil-kjostru, rajt żewġ saċerdoti jitkellmu wara l-bieb ta’ barra. Wieħed minnhom sejjaħli. Kien Dun Karm Cefai. Kif wasalt ħdejhom qalli: “Dan hu n-Nunzju.” U lin-Nunzju qallu, “Dan hu s-saċerdot li kont qed tfittex.” Wara li għamilna xi ftit minuti nitkellmu, in-Nunzju qalli: “Għada fis-sitta ta’ filgħaxija rridek tiġi għandi.” Jien weġibtu, “Issa nara x’għandi!” Qalli, “Għandek x’għandek, għada fis sitta ta’ filgħaxija trid tkun għandi.”
Hekk għamilt. Mort in-nunzjatura u hemm sibtu jistennieni. Kif bdejna nitkellmu qalli xott xott, “Il-Papa għażlek bħala l-Arċisqof ta’ Malta.” Inħsadt. Għidtlu, “Għall inqas agħtini ġurnata, tnejn, ħa naħsibha u nitkellem ma’ xi ħadd!” Ħares lejja u qalli, “U jekk hu l-Papa li qed jgħidhielek, mhux iva se tgħidlu?” Dak il-ħin ġo qalbi ħassejt li kelli nobdi. Rabatni li ma nitkellem xejn dwar din il-ħatra sa ma l-għada titħabbar uffiċjalment waqt konferenza tal-aħbarijiet.”
Minn: Kenneth Vella
Format: paperback
Paġni: 176
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?