Laburisti Tal – Azzar (L – Ewwel volum)
aburisti tal-Azzar jiġbor fih l-istorja ta’ ftit mill-ħafna Laburisti ‘komuni’, mhux parlamentari, minn kull qasam tal-ħajja, ħassieba u attivisti, li kienu l-bażi tal-Partit fl-ibliet u l-irħula f’Malta u f’Għawdex f’epoki differenti taħt mexxejja differenti. Mingħajr din il-bażi, mingħajr il-Laburisti tal-azzar, ma kien ikun hemm ebda partit Laburista, ebda moviment Laburista, ebda gvern Laburista, ebda Malta ħielsa u ebda pajjiż newtrali. Mingħajr dawn in-nies, u ħafna oħrajn bħalhom li għandhom jimlew il-volumi li jmiss, aktarx sal-lum kien għad għandna bażi militari Ingliża f’Malta, għadha hawn in-NATO, għadna ekonomikament niddependu mill-ħniena ta’ ħaddieħor u għadna nintużaw għall-gwerer kontra l-ġirien tagħna u kontra pajjiżi oħra fi nħawi oħra tad-dinja.
Dan kollu jeżisti minħabba l-Laburisti tal-azzar, nies komuni u ordinarji li f’ħajjithom urew għemil u rieda straordinarja. Tul iż-żminijiet komplew mexjin fuq il-prinċipji Laburisti meta s-soċjetà ta’ żmienhom ibbojkottjathom, kienet inġusta lejhom u li kieku setgħet kienet toqtolhom bil-ġuħ. Minkejja l-mewġ kontra, baqgħu jgħumu kontra l-kurrent u kontra l-interessi personali tagħhom għax hekk kien hemm bżonn għal Malta.
Minn: Claire Xuereb Grech
Format: paperback
Pagni: 460


Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?