Description
Inservi
Ġabra ta’ 45 artiklu miktuba minn politiċi, studjuċi, storiċi u ħbieb li nġabru flimkien biex jagħtu ġieħ kif jixraq lil Eddie Fenech Adami.
Ma’ dawn ġew inklużi 20 diskors ta’ dan l-istatista tul il-karriera politka tiegħu mifruxa fuq 40 sena. Jiġbor fih ukoll aktar minn 450 ritrat li jagħtu ħjiel tal-ħidma tiegħu- minn meta inħatar Kap tal-Partit Nazzjonalista sa meta tmm il-kariga tiegħu bħa Kap tal-Isata Malti, f’April 2009.
Pubblikazzjonijet Indipendenza tħossha kburija li qed toffri lill-pubbliku Malti din il-ġabra ta’ kitbiet ad unur Eddie Fenech Adami li ta ħajtu għas-servizz tan-Nazzjon Malti.
Bħala politiku Fenech Adami dejjem mexa fuq il-valuri ispirati mid-dinjita tal-persuna umana u l-ġustizza soċjali. Isem Eddie Fenech Adami se jibqa’ mnaqqax fil-qlub tal Maltin bħala l-bniedem li biddel lil pajjiżna fi stat modern fil-qalba tal-Unjoni Ewropea.
Il-Partit Nazzjonalista qed joffri din il-pubblikazzjoni biex tfakkar dan il-politiku, l-istatista, il ġentlom, il Malti.
Minn: Michael J Schiavone
Format: Hardback,
Pagni 803
Edizzjoni: 2009 Ewwel Edizzjoni.
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?