Description
X’Kien Gara Sew Fis – Sette Giugno
Edizzjoni ġdida, riveduta u aġġornata b’żjieda ta’ kapitlu ġdida fil-mitt anniversarju tas-Sette Giugno. Edizzjoni mimlija b’tagħrif ritratti u dokumenti li qed jidhru għall-ewwel darba.
Paul Bartolo rriċerka b’mod metodiku u metikoluż. Ħafna s’issa nkiteb fuq il-ġrajjiet konfużi u anke kontradittorji ta’ dawk il-ġranet imdemmija, b’mod oġġettiv jew partiġjan, b’ton apoloġetiku jew ta’ stmerrija. Ħafna retorika patrijottika nxteħtet lejn is-Sette Giugno, imma Bartolo, differenti minn xi oħrajn, huwa devot tal-fatti, ma jibżax mit-tirannija tal-verità. U r-riċerka tiegħu hija xempju tad-distakk emottiv li storiku għandu jżomm bejnu u s-suġġett li qed jikteb dwaru. Kien xieraq li, fil-mitt anniversarju mill-irvellijiet, dan il-kapolavur umli jerġa’ jiġi rregalat lill-poplu Malti, aġġornat b’riċerka ġdida, mogħni b’illustrazzjonijiet aktar elokwenti. Malta għandha tkun grata lill-awtur u lill-Klabb Kotba Maltin li daħlu għal din il-biċċa xogħol li tiddokumenta mument mill-aktar determinanti fil-marċ nazzjonali lejn l-awtonomija u l-indipendenza.
Minn: Paul Bartolo
Format: Hardback
Pagni: 528
Pubblikat: 2019
Kundizzjoni: tajba
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?