Vergni, Sagri, Demonji U Boloh Ghal Alla
F’idejk għandek volum mhux tas-soltu: jikkonfronta temi reliġjużi-teatriċi li sa issa qatt ma kienu ttrattati f’Malta. Il-ktieb hu riċerkat b’mod fitt imma li xorta waħda jżomm id-dinamiċità li tant qarrejja draw jassoċjaw ma’ MARIO AZZOPARDI. Din id-darba Azzopardi qed juża l-esperjenza teatrali tiegħu biex jintraċċaha fl-episodji tal-mistiċi, bl-imġiba straordinarja tagħhom. Hemm min iqis li din tagħhom kienet (jew hi) imġiba patoloġika, ossessjonata u miġnuna. Hi x’inhi, m’hemmx dubju dwar l-eċċentriċità ta’ bosta qaddisin, kif lanqas ma hemm dubju dwar l-alluċinazzjonijiet demoniċi li ppersegwitawhom. Kollox hu deskritt b’mod grafiku, tant li jista’ jkun li l-ktieb iħawwad lil xi whud u “jiskandalizza” lil xi oħrajn.
Żgur li wara li taqra dan il-ktieb, il-perspettiva tiegħek dwar dak li hu qaddis jew indemonjat se tinbidillek. Għall-ewwel darba f’Malta, il-ktieb iħares lejn il-fenomenu tat-tnixxija ta’ demm misterjuż li allegatament nixxa mill-feriti ta’ novizz Ġiżwita, bl-imkatar miżmumin fl-arkivji tal-Ġiżwiti fin-Naxxar.
F’Appendiċi oriġinali, Azzopardi joħloq abbozz drammatiku bbażat fuq il-każ notorju ta’ Marie-Catherine Cadière kontra l-konfessur tagħha, il-Ġiżwita Jean-Baptiste Girard, akkużat li sseduċieha fl-1731.
Minn: Mario Azzopardi
Pagni: 288
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?