Description
Traġedji Maltin
Minn meta bdew ikunu rrappurtati, ġrajjiet traġiċi dejjem serqu l-faċċati ta’ quddiem tal-gazzetti jew ingħataw l-ewwel post fl-aħbarijiet. Bħal f’kull pajjiż ieħor, f’Malta wkoll kellna t-traġedji li wħud minnhom ma ntesew qatt. Imma kien hemm ukoll oħrajn li l-poplu nsiehom għax ftit qara jew sema’ dwarhom.
Seta’ ġara wkoll li xi nies kellhom u għad għandom informazzjoni żbaljata dwar ċerti traġedji u, kien propju għalhekk li nħasset il-ħtieġa ta’ din il-pubblikazzjoni.
It-traġedji msemmija b’dettalji f’dan il-ktieb jibdew b’dawk li ġraw mill-1800 ’hawn. Naturalment kien hemm ħafna oħrajn li seħħew qabel, u jista’ jkun hemm oħrajn li l-qarrejja stennew li jkunu rrakkuntati f’dan il-ktieb, ukoll.
F’din il-ġabra niltaqgħu wkoll ma’ traġedji li saru hawn Malta imma l-vittmi ma kinux Maltin. Barra minn hekk jissemmew ukoll traġedji oħra li seħħew barra minn xtutna, imma l-vittmi li ħallew kienu Maltin.
Minn: Edward Attard
Format: paperback
Paġni: 319
Pubblikat: 2015
Kundizzjoni: tajba
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?