Tifkiriet Ta’ Tfulija Fil-Furjana – Malta Fil-Paci U Fil-Gwerra 1930-1950
Din mhix biss storja ta’ ħajja ta’ bniedem iżda wkoll kummentarju kritiku ta’ dawk il-ġrajjiet importanti fl-istorja ta’ Malta li żewqu dik il-ħajja. Riflessjonijiet bħal dawn minn moħħ miftuħ u matur huma ta’ siwi għalina għax jiftħu mill-ġdid id-dibattitu u d-diskussjoni dwar avvenimenti importanti ta’ pajjiżna. Bugeja m’ġħandux simpatiji, l-iswed jgħidlu iswed u l-abjad abjad – li hu żgur madanakollu hu li hu ġenwinament Malti.”
“Fil-qasir u b’riflessjonijiet f’waqthom għandna kummentarju ta’ ġrajjiet importanti li seħħew matul il-gwerra u minħabba fiha. Dawn ir-riflessjonijiet personali huma importanti għax mhux komuni imma jikxfu bosta drabi l-vera raġuni għaliex seħħew ċertu affarijiet. Dan il-ktieb, flimkien max-xogħol ta’ Herbert Ganado u Oliver Friggieri, joħloq triloġija sa mill-ewwel snin tas-seklu għoxrin sal-bidu tas-seklu wieħed u għoxrin. Dawn il-kotba flimkien m’oħrajn, fosthom ta’ Sir Arturo Mercieca, jagħtuna spektrum wiesa’ u interessanti ta’ dak li Malta u l-Maltin għaddew minnu matul dawk is-snin sabiex b’hekk insiru nafu dejjem aktar il-verità ta’ dawk iż-żminijiet.”
Godwin Ellul
Minn: Joe Bugeja
Format: Paperback
Pagni: 428
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?