Description
Terrorizmu Fl – Ewropa (L-Ewwel Ktieb)
Ir-rapport EU Terrorism Situation and Trend kien ippubblikat f’Ġunju 2017, fis-sena ta’ qabel ma l-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea ffaċċjaw mija, tnejn u erbgħin każ ta’ terroriżmu, inkluż dawk it-tentattivi li għal rażuni jew oħra fallew. In-numru ta’ vittmi f’dawn l-attakki kien ta’ mija, tnejn u erbgħin, filwaqt li kien hemm tliet mija, disgħa u sebgħin oħra li ndarbu. Il-pajjiżi milqutin minn dawn l-attakki kienu r-Renju Unit li kellu sitta u sebgħin attakk; Franza bi tlieta u għoxrin attakk; l-Italja bi sbatax; Spanja għaxra; il-Greċja sitta; il-Ġermanja ħamsa; il-Belġju erbgha; u l-Olanda b’attakk wieħed. 40% ta’ dawn l-attakki saru bl-użu tal-isplussiv.
Minn: Edward Attard
Format: paperback
Pagni: 336
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?