Storja Tal-Partit Laburista
Storja tal-Partit Laburista jelenka ġrajja ta’ partit li kien strumentali fil-kisbiet talġustizzja soċjali I għall-ħelsienta’ pajjiżna minn wieħed jiddependi mill-attivita’ militari għal pajjiż li jgħix fil-ħelsien bil-ħidma tiegħu. Jelenka l-ġrajja ta’ movement soċjali li biddel is-soċjeta’ li twieled fiha: minn soċjeta’ mgħaddsa fil-faqar, fl-injoranza u fl-inġustizzji għal wahda msejsa fuq is-solidarjeta’.
F’dan il-ktieb tinbena biċċa ma’ kull paġna li ddawar: l-iebes miegħu l-bidu tal-Partit f’arena politika li kienet imdorrija toqtol kull movement għall-bidla bħalm’għamlet ma’ Mikiel Anton Vassalli u Manwel Dimech; l-attakki bla rażan tal-forzi konservattivi fuq il-Partit sal-punt li tefgħu għexieren ta’ ħabrieka tiegħu l-ħabs – u mhux darba; dnbiet mejta darbtejn u d-dfin fil-miżbla; il-vjolenza u l-persekuzzjoni. Imma daqstant ieħor tara jikbru ma’ kull paġna r-rieda, id-determinazzjoni u l-entużjażmu li kebbes fl-eluf it-twemmin Laburista.
Il-Partit Laburista jitqawwa u jbiddel dis-soċjeta kull darba li kellu l-gvern u anki meta kien ‘il barra minnu. Il-ktieb ilaqqgħek mal-fehmiet opposti għal dak li kien qed jaħdem għalih il=Partit Laburista u ssegwi kif dawn il-forzi mas-snin spiċċaw jitkellmu bl-istess lilngwa tal-Partit Laburista – forsi l-akbar kisba ta’ dal-Partit.
Storja tal-Partit Laburista huwa ktieb li jgħidlek min kienu n-nies li sawru din l-istorja. Minn xiex għaddew dawk li stqarrew bla tlaqliq it-twemmin tagħhom fil-viżjoni li poġġa quddiem il-poplu l-Partit Laburista. Ktieb għan-nies li jagħti t-tlugħ u l-inzul ta’ din l-istorja u l-kisbiet li għamel il-Partit Laburista – iċ-ċirkustanzi, il-kif u l-meta ta’ kull kisba.
Minn: Mario Cutajar
Format: Hardback, paperback
Pagni: 396
Pubblikat: 2011
Kundizzjoni: tajba
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?