Storja ta’ Malta
L-Ewwel Volum jiġbor fih l-Istorja ta’ Malta mill-pre-istorja sal-Assedju l-Kbir tal-1565. F’dan l-ewwel volum tal-Istorja ta’ ġensna jiġbor fih l-aktar taqsimiet tqal billi huma xotti minn dokumenti għalkemm għonja fi fdalijiet u sejbiet arkejoloġiċi. F’dan il-volum naqraw fuq iż-żmenijiet bikrija f’Malta, żmien il-Feniċi u l-Kartaġiniżi, żmien ir-Rumani u l-Bizantini, żmien l-Għarab, żmien in-Normanni u l-Ħoħenstaufen, żmien l-Anġuvini u l-Aragoniżi u fl-aħħarnett fuq l-Assedju l-Kbir tal-1565. Din is-sensiela hija sinjura ħafna f’dawk li huma referenzi li huma għodda tant ta’ ħtieġa għal kull storiku li jixtieq jagħmel tiftix aktar fuq perijodu ta’ żmien partikolari.
Minn: Andrew P Vella
Format: paperback
Pagni: 182
Pubblikat: 1974
Kundizzjoni: gdid
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?