Description
Sempreviva – Novelli
Wara 365, suppost kellu jerfa’ l-pinna f’postha u jagħlaq il-ktieb. Imma waqt li kien qed jagħlqu, waqgħet minn bejn il-folji warda bbalzmata. Bdiet tħares lejh bil-ħniena … tokroblu biex jonfoħ fuqha n-nifs tal-ħajja, iroddilha l-ilwien u l-fwieħa u jibdilha f’Sempreviva.
Żahra jirritorna b’antoloġija ta’ stejjer bi lwien u fwejjaħ liema bħalhom.
Fjuri li jiftħu billejl darba fis-sena …
Fjuri mferrxin mal-art fil-purċissjoni ta’ Corpus Christi …
Fjuri fuq il-liżar taċ-ċinema …
Fjuri delikati,
Fjuri abbandunati,
Fjuri lill-maħbubin,
Fjuri lill-mejtin!
Aktar minn 30 rakkont kollha mnebbħin mill-fjuri.
Minn: Trevor Zahra
Format: Hardback
Pagni: 288
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?