Rajt Malta Tinbidel (Edizzjoni Limitata -100 Kopja Biss)
Il-bijografija ta’ Herbert Ganado hi meqjusa bħala wieħed mill-aktar kotba popolari bil-Malti. F’Rajt Malta Tinbidel l-awtur jirrakkonta l-avvenimenti li ġraw mill-aħħar tas-seklu dsatax sal-aħħar kwart tas-seklu għoxrin – mill-ġrajjiet taż-żewġ gwerer dinjija għal mixja politika ta’ pajjiżna minn kolonja sal-Indipendenza, bil-ferħ u l-problemi li ġabu magħhom. B’lingwaġġ sempliċi u mexxej, xi kultant umoristiku, l-awtur irnexxielu jati stampa tat-tessut soċjali ta’ Malta f’dawk iż-żminijiet biex ħalliliena xhieda dejjiema tagħhom. Issa mill-ġdid għall-bejgħ f’edizzjoni totalment ġdida, f’erba’ volumi b’qoxra iebsa. Is-sett se jkollu indiċi.
Din l-edizzjoni limitata se tkun numerata, iffirmata u bi slipcase apposta. Il-kotba jkunu ppubblikati f’Novembru 2025.
Minn: Herbert Ganado
Format: hardback, slipcase
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?