Description
Qiegħda Fil – Ponta Ta’ Lsieni (Tielet Volum)
Fl-1849 u l-1850, għal sentejn fuq xulxin, is-Società Economico Agraria ta’ Malta ħarġet ‘Kalendarju għall-Bidwi’ li kien miktub paġna bit-Taljan u paġna bil-Malti. Dnub li bil-Malti ħareġ biss għal dawk is-sentejn, u hu dnub ferm ikbar li d-dizzjunarji tagħna donnhom li ma tawx kas tal-Malti li hemm miktub fih. Għal kull xahar, il-kalendarju kellu dik li jsejħilha ‘Osservazzjoni’, u xi wħud minn dawn l-osservazzjonijiet huma tant ħelwin, u l-Malti tagħhom hu tant interessanti li xtaqna nerġgħu nagħtuhom il-ħajja, u xtaqna wkoll nikkummentaw fuq it-tagħrif kollu li hemm miktub, għax dan il-Kalendarju għandu ħafna x’jgħallimna lilna l-Maltin tal-lum li qed nitilfu ħafna mill-kliem li dari kien komuni fi lsienna.
Minn: Ġuże Gatt
Format: paperback
Paġni: 290
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?