Pinzellati
Sena eżerċizzju fis-sengħa tal-kitba: ġabra ta’ stejjer, aneddoti u riflessjonijiet
“Nemmen ħafna fid-dixxiplina, għalhekk iddeċidejt li nqatta’ sena sħiħa nikteb storja (jew riflessjoni) kuljum. U żammejtha. Ma fallejtx ġurnata waħda, ktibt kemm jekk kien jum il-Milied, kemm jekk kont ma niflaħx, fl-eqqel tas-sħana jew fil-maltemp; kemm jekk kont ġo dari jew imsiefer. Kuljum.
U hawn hu r-riżultat: ġirja bla nifs li matulha taraw nieżla x-xita tal-ħamrija, tisimgħu x-xjaten jitħarrku ġo gaġġa tal-għasafar, timxu mat-tifla hija u tgħajjat bil-qatet taċ-ċiċri, idduqu l-bajtar ta’ San Ġwann, tanalizzaw id-Dulluvju, tidħlu ġol-Għar ta’ Ali Baba … u f’salt wieħed tindunaw li għaddiet sena.”
Minn: Trevor Zahra
Format: hardback
Paġni: 728


Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?