Noti
Il-ħsieb ta’ Mario kien li jiftaħ tieqa fuq il-proċessi li ġew implimentati fiż-żmien li huwa serva f’dawn ilkarigi. Qalli li x-xewqa tiegħu kienet li jiena nikteb id-daħla tal-ewwel parti li huwa sejjaħ ‘L-Esperjenzi miċ-Ċentru’. Aċċettajt mill-ewwel. Ir-raġunijiet huma sempliċi: jiena lil Mario ili nafu snin twal, fil-fatt minn żmien ir-rabta tiegħi mal-GWU; iktar minn hekk għaliex l-Amministrazzjoni Pubblika għal snin twal kienet waħda mid-dixxiplini li rriċerkajt fil-fond, speċjalizzajt fiha u għal snin twal għallimtha kemm fl-Universit. ta’ Malta kif ukoll taħt kull gvern minn nofs is-sebgħinijiet ’l hawn fuq talba ta’ setturi differenti tas-Servizz Pubbliku. Rajt din it-talba bħala okkażjoni oħra li minnha ħa nitgħallem ħafna. Mhux spiss li xi ħadd f’kariga għolja bħal din – u membru tas-Servizz Pubbliku – jiftaħ tieqa li tħallina nittawlu ftit minn ġewwa fuq it-tmexxija tas- Servizz Pubbliku b’dan il-mod. (Prof. Godfrey Pirotta)
Minn: Mario Cutajar
Format: paperback
Paġni: 594


Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?