Tonio Borg għandu l-kapaċità li jirrakkonta bl-aktar mod serju u jifqa’ lil kulħadd bid-daħq.
Tul is-snin irrakkonta dawn l-aneddoti politiċi fil-kurituri tal-Parlament, waqt laqgħat u mumenti ta’ tensjoni… Issa qed jaqsamhom miegħek.
Dawn ‘l-inċidenti” li ġraw tassew, ivarjaw mix-xabla ta’ Dom Mintoff u Lawrence Gonzi għat-Tabib Fenech Adami, mis-superstizzjonijiet ta’ Ġorġ Borg Olivier għall-qdusija ta’ Simon u Joseph, mill-waqgħat minn fuq il-palk għal-lovebirds, mis-sejħiet f’nofs ta’ lejl għat-tindif tad-dentaturi.
Ħafna politiċi jaħsbu li kulħadd jafhom u li kulħadd jitkellem dwarhom. Imma mhux il-kas. Kien hemm deputat li ħasbuh il-parker ta’ Pjazza San Ġorġ, ieħor ħasbuh xufier u ieħor ħasbuh qassis! X’jonqos? Inħallu l-kumplament f’idejk biex taqra l-ktieb minn qoxra sa qoxra…
Minn: Tonio Borg
Format: Hardback
Pagni: 158
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?