Mostru Ta’ Marsaxlokk
Kienet lejla stramba, oskura, bil-wisq differenti mill‑iljieli qliel li s-soltu jħabbtu wiċċhom magħhom is-sajjieda ’l barra mill-bajja ta’ Marsaxlokk. Fl‑istess lejla mqallba Marsaxlokk tilef waħda minn uliedu, Lisa Mangion, li sparixxiet minn quddiem għajnejn kulħadd qisu belagħha l-baħar jew ix-xitan innifsu.
Xhur wara jgħibu wkoll Christina u Maria, li inċidentalment ukoll kienu f’guest house fl-istess raħal. It-tfittxija għalihom ma taqta’ xejn imma l-pulizija ma setgħux isibu ħjiel tagħhom, lanqas fuq l-Għolja ta’ Trojja u ċ-ċimiterju Medjevali qribha.
Is-suspettat ewlieni tal-Pulizija huwa Reno, li kien jaqsam id-droga ma’ Lisa minn wara dahar martu, sakemm minn imkien titfaċċa persuna oħra li terġa’ taqleb l-istħarriġ ta’ taħt fuq.
Id-destin tat-tfajliet jidher mill-aktar kiefer u għeruqu huma tant fondi u mħabbla li jistgħu jinħallu biss bis-saħħa tal-ispirti li jagħżlu li jitkellmu biss mal-aħwa anzjani Antonia u Katie, u jibagħtu messaġġi strambi lill-Avukat Gabarretta.
Minn: Ronald Bugeja
Format: paperback
Paġni: 320
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?