Mit Toroq Tar-Rahal
Dawn in-novelli huma ambjentati f’raħal fittizju b’karattri li, għalkemm huma wkoll fittizji, hemm karatteristiċi ta’ persuni li għexu tabilħaqq. Il-ġrajjiet huma wkoll frott tal-immaġinazzjoni, ispirati minn għajdut u ġrajjiet li seħħew. Dawn kienu personaġġi li ħadd ma kien jaf bihom ħlief dawk li kienu joqogħdu qrib tagħhom fir-raħal. Kienu nies bla leħen, nies bla titli u xi wħud minnhom rari kienu joħorġu lil hemm mill-konfini tar-raħal. Ħadd minnhom ma baqa’ mfakkar b’xi monument fil-pjazza jew f’xi ġnien pubbliku. Mietu u ntesew. Imma kienu nies li taw ftit tal-kulur lill-ħajja fi tfuliti u żgħożiti.
Minn: Charles Casha
Format: paperback
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?