Mill – Omnibus Sa Tal – Linja: It – Trasport Pubbliku F’Malta 1856-2015
Wara ħafna snin juża l-bhejjem għall-ivjaġġar fit-tul, il-bniedem żviluppa vetturi mekkanizzati. Imma f’Maltadan kellu jistenna sal-1880, meta beda x-xoghol biex f’certi lokalitajiet ikun hawn is-servizz tal-ferrovija. Imbaghad fl-1905 daħal is-servizz tat-tramm.
Sadanittant, f’xi nħawi bdew jintużaw id-dghajjes tal-pass għall-ivvjaġġar minn post għall-iehor, u s-servizz sar aħjar bl-użu tal-laneċ, u eventwalment permezz tal-vapuri għall-ivvjaġġar bejn Malta u Għawdex.
Imbaghad b’inizjattiva privata ta’ ċerti Maltin u Għawdxin, fiż-żewġ gżejjer beda s-servizz tax-xarabanks, li eventwalment sar magħruf bħala ”Tal-Linja”. Fil-waqt li f’dan il-ktieb jissemmew il-mezzi tat-trasport pubbliku li diġa sar referenza għalihom, il-qarrej se jsib ħafna aktar dettall dwar dak kollu li għadda minnu dan is-servizz.
Minn: Edward Attard
Format: hardback
Pagni: 290


Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?