Description
Mill – Hazna Tat – Tifkiriet
Bl-istil diskret tiegħu Joe Micallef Stafrace jagħti l-ħajja lil emozzjonijiet Laburisti, miġburin fi frażijiet li baqgħu ħajjin u li hu jindikahom bħala emblemi ta’ passi ġodda ta’ żvilupp. Hemm għalih bħal ordni kronoloġiku tal-fatti: mill-ewwel sal-aħħar avvenimenti li huwa jiddeskrivi, huwa jfittex li jħaddan il-fażijiet differenti li jifformaw l-Istorja Maltija. Ma hux faċli għalih li jiddefinixxi lill-pajjiż mingħajr ma jiddefinixxi lill-partit. L-awtobijografija ‘doppja’ tal-awtur hi wkoll stedina biex il-qarrej mhux biss jiftakar jew jiskopri siliet mill-imgħoddi, imma wkoll biex jibni paragun mal-preżent. Il-ħsieb isir kelma, u l-kelma ssir azzjoni. Il-kittieb jimraħ dejjem fi ħdan din id-definizzjoni: huwa l-ġurnalista li jiftakar, u huwa l-politiku li jfakkar. Il-personalità tiegħu bħala kittieb hi r-riżultat naturali ta’ ġurnalista u politiku magħqudin flimkien.
Minn: Joseph Micallef Stafrace
Format: Hardback
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?