Maqfud Fil-ħabs ta’ Ġbini
Il-Poeta Tat-Tbatija – Carmel Attard
Din hi il-ġrajja tal-poeta Carmel Attard li l-Letteratura Maltija għadha ma sabitlux in-niċċa li tixraqlu. Attard għadda ħajja mimlija tbatija mentali minħabba saħħtu, u minħabba stigma soċjali kiefra.
Din hi l-ġrajja ta’ bniedem-poeżija, ġwejjed u qalbieni, li ried jgħix hieni f’soċjetà li m’aċċettatux dejjem kif kien u fuq kollox ma ħallitux isib l-imħabba bl-għażliet intimi li ried jagħmel.
F’din il-bijografija, l-ħabib tiegħu PAUL P. BORG jimxi miegħu sa mit-tfulija fil-bitħa tal-Mużew, u jikxef għall-ewwel darba l-umanità fid-dramm tal-ħajja f’Sant Anton, f’tifel ta’ tmien snin, fis-salott id-dar, fit-toroq tal-Qawra u ta’ Ħal Balzan, fl-isptar Monte Carmeli… PAUL P. BORG b’hekk juri kif sieħbu Carmel Attard, il-poeżija mhux kitibha, imma għexha b’intensità kbira.
Minn: Paul P Borg
Format: hardback
Paġni: 768
Pubblikat: 2014
Kundizzjoni: tajba
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?