Manwel Dimech
“Kulmin tassew jixtieq il-ġid tal-Maltin ma jistax ma jfittixx li jdawwal il-menti tal-poplu kollu, irġiel u nisa. Dan ma jistax jagħmlu ħlief bit-tixrid ta’ kotba Maltin, kotba li jistħoqqilhom tassew l-isem ta’ kotba.”
Manwel Dimech
Il-Bandiera tal-Maltin, 22 ta’ Marzu tal-1902
Din hija ġabra ta’ kitbiet dwar Manwel Dimech. Il-kitbiet jistħarrġu bosta aspetti tal-personalità, il-ħsieb u ż-żminijiet tiegħu. X’edukatur kien? Xi spiritwalità kellu? Kif kien jaħsibha fuq l-identità tal-Maltin u ta’ popli oħra? X’relazzjoni kellu mas-setgħa? Kif uża l-midja ta’ żmienu? Kif kien iħares lejn il-mara Maltija u l-emanċipazzjoni tagħha? X’soċjaliżmu kien iħaddan? X’rabta kellu mat-teatru? Kif saret ir-riċerka dwaru?
Dawn huma wħud mill-mistoqsijiet li jiġu mwieġba f’dan il-ktieb. Il-kitbiet, li huma kollha xogħol ta’ persuni esperti fl-oqsma tagħhom, iduru dawra sew ma’ Dimech. ifittxu li jifhmuh aktar fil-ħiliet u l-limitazzjonijiet li kellu.
Din hi l-ewwel darba li qiegħda tiġi mxandra kollezzjoni bħal din. Fiha nnifisha, trid tiftaħlek toroq oħrajn ħalli l-istudji ta’ Dimech jikbru u jitkattru.
Meta nifhmu l-bieraħ aħjar, ngħixu l-illum tagħna b’mod isbaħ, u nilqgħu b’aktar ħila u qlubija għall-għada.
Minn: Mark Montebello
Pagni: 200
Pubblikat: 2013
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?