Malti Avvanzat – 3
Noti dettaljati u karti mudell għat-tielet karta tal-eżami
Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex jgħinek, jiggwidak u jippreparak għat-tielet karta tal-eżami tal-Malti fil-livell avvanzat. Dan il-ktieb hu miktub minn żewġ għalliema tal-Malti, li għallmu l-livelli kollha tal-MATSEC, għalhekk l-informazzjoni li fih hi ppreżentata b’mod ċar u konċiż.
Fih jinkludi:
- noti dwar ir-rumanz Ħelsien ta’ Ġużè Bonnici;
- noti dwar il-ktieb tan-novelli Xemgħat ta’ Trevor Żahra;
- noti dwar id-dramm Karnival ta’ Francis Ebejer;
- mudelli ta’ komponimenti letterarji;
- 5 karti mudell tat-tielet karta tal-eżami;
- kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.
Minn: Adrian Muscat & Charles Daniel Saliba
Format: paperback
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?