Biex issiefer fl-Ewropa jew tixtri bl-internet, l-Ewro komdu. Imma x’inhi din il-kriżi kbira li qed tkissru? Lil min se tolqot? Lill-Greċja biss jew lil kull min juża l-Ewro? Min ġabna f’nofsha u għaliex? Kif qed taffettwa lil Malta? X’se jiġri mill-impjiegi; mill-pensjonijiet u s-servizzi soċjali; mill-flus tal-familji fil-banek? Il-Maltin damu ma ntebħu…. Fl-aħħar, huma wkoll bdew jistaqsu. MALTA u l-Ewro / Malta & the Euro ifisser, jikkummenta u janalizza l-kriżi tal-ewro hekk kif ġrat. Jagħmel dan bi kliem li nistgħu nifmuh int u jien. Hu ktieb indispensabbli. Għax l-Ewro hi l-munita nazzjonali tagħna.
Minn: Alfred Sant
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?