Description
Mabel Strickland – Bejn Storja U Miti
Ilu jinħass il-bżonn ta’ pubblikazzjoni awtorevoli u akkademika dwar Mabel Strickland li mal-Maltin baqgħet magħrufa bħala Mabel. Mabel, bint il-Prim Ministru Lord Strickland, kienet il-fus biex il-gazzetti tat-Times f’Malta ħadu post ewlieni fil-qasam tal-ġurnaliżmu. Biex taqgħad il-bijografija li kienet inkitbet minn Joan Alexander ta’ Mabel kienet wisq romantika u terġa’ u tgħid, il-kopji tagħha kienu nġabru mis-suq wara li l-Perit Mintoff kien fittex lill-pubblikaturi minħabba li kien hemm xi ineżattezzi serji dwaru.
Għal xi żmien Mabel kienet attiva politikament u f’dan il-ktieb din il-parti minn ħajjitha tingħata ħafna attenzjoni. Kienet Imperjalista mill-kbar u ma setgħetx tifhem kif Malta setgħet tgħix mingħajr il-Kolonjalista Ingliż. Opponiet l-Indipendenza ta’ Malta kif ukoll il-politika tal-Perit Mintoff. Kienet kważi d-dell tiegħu fl-Oppożizzjoni u sa saret intima ma’ Monsinjur Gonzi li darba opponietu biex isir Isqof ta’ Malta.
Dan il-ktieb qed iqajjem diversi mistoqsijiet dwar l-irwol tagħha fil-ħajja kolonjali u post-kolonjali ta’ Malta. Għall-ewwel darba qed tkun diskussa wkoll oħtha Cecilia de Trafford li għal xi żmien kienet qrib il-Perit Mintoff u allura anatagonista għal Mabel. Qed jingħata attenzjoni wkoll għall-irwol tal-mara Maltija fil-politika u l-attiviżmu politiku.
Minn: Sergio Grech
Format: Hardback
Pagni: 280
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?