L-Elf Lewn Ta’ Mintoff
Il-kwadru tal-esperjenzi li l-poplu Malti u Għawdxi għex fit-tieni nofs tas-seklu 20 qiegħed jinkixef bil-mod il-mod. Għadu ħadd ma ra l-kwadru kollu fl-irquqijiet u l-isfumaturi kollha tiegħu. Għadu ħadd ma jista’ jara r-rabtiet u n-nisġiet kollha li jsawru l-ġmilijiet u l-kruhat tiegħu; il-ferħat u t-tbatijiet li jħaddan. Għalissa nafu biċċiet ‘l hemm u ‘l hawn; irqajja’ li jagħtuna ħjiel tal-ġrajja kollha.
Dan il-ktieb dwar Mintoff, se jkompli jikxef naqriet oħrajn ta’ dan il-kwadru sabiħ, kbir u mirqum. Għandek hawnhekk għadd kbir ta’ intervisti interessanti ma’ nies minn bosta oqsma tal-ħajja; nies ta’ fehmiet politiċi differenti; nies li jaqsmu miegħek il-mod tagħhom ta’ kif għexu l-istorja f’xi żmien jew ieħor tal-medda tagħha.
Ħaġa waħda għandhom komuni; ilkoll jitkellmu dwar wieħed mill-protagonisti l-aktar ewlenin tal-istorja reċenti tagħna; dwar meta ġew f’kuntatt dirett miegħu; dwar kif jarawh mill-għajnejn tagħhom.
Dan huwa portagonist li, għal ħafna madwar id-dinja, ismu hu sinonimu ma’ dawk ta’ Malta. B’dan il-ktieb, inti tista’ tkompli tiskopri l-elf lewn tal-personalità kumplessa tiegħu, kif ukoll ix-xejriet bla qies ta’ karattru uniku li biddlu l-bixra ta’ wiċċ pajjiżna.
Minn: Claire Xuereb Grech
Format: Hardback.
Pagni: 728
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?